Language of document : ECLI:EU:T:2009:214

DIGRIET TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Awla tal-Appell)

tat‑22 ta’ Ġunju 2009

Kawża T‑340/08 P

Marianne Timmer

vs

Il‑Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej

“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Evalwazzjoni – Fatti ġodda u sostanzjali – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

Suġġett: Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It‑Tieni Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2008, Timmer vs Il‑Qorti tal-Awdituri (F‑123/06, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Deċiżjoni: L-appell huwa miċħud. Marianne Timmer għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej fil-kuntest ta’ din l-istanza.

Sommarju

1.      Appell – Formulazzjoni fir-rikors tal-aggravji u tal-argumenti ta’ dritt – Motiv mhux preċiż biżżejjed – Inammissibbiltà

[Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 138(1)(ċ)]

2.      Uffiċjali – Appelli – Ilment amministrattiv imressaq qabel – Termini – Dekadenza – Ftuħ mill-ġdid – Kundizzjoni – Fatt ġdid sostanzjali

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

1.      Appell ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza kontra deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li ma fih ebda argument speċifiku insostenn ta’ talba għal annullament u li jillimita ruħu sabiex jirreferi għar-“riżultati ta’ verifika fuq provi fattwali ġodda” insostenn ta’ talba għal kumpens ma jissodisfax ir‑rekwiżiti tal-Artikolu 138(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza u għandu jiġi miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(ara l-punti 24, 25)

2.      Il-ħatra illegali ta’ uffiċjal ma tistax taffettwa l-legalità tal-atti li dan kellu jwettaq fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu. B’mod partikolari, il-ħatra illegali ta’ superjur ġerarkiku ma tistax tivvizzja d-deċiżjonijiet ta’ dan tal-aħħar dwar l‑evalwazzjoni ta’ uffiċjal.

Għalhekk, l-illegalità ta’ ħatra ma tistax titqies bħala fatt sostanzjali li jiġġustifika talba għall-eżami mill-ġdid ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni li ma ġewx ikkontestati fit-termini ta’ żmien stabbilit.

(ara l-punti 39, 41 u 42)