Language of document : ECLI:EU:T:2013:252

SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

16 ta’ Mejju 2013

Kawża T‑281/11 P

Diego Canga Fano

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2009 — Deċiżjoni li l-appellant ma jiġix promoss fill-grad AD 13 — Paragun tal-merti — Stħarriġ mill-qorti tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni”

Suġġett:      Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-24 ta' Marzu 2011, Canga Fano vs Il-Kunsill (F‑104/09), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Deċiżjoni:      L-appell huwa miċħud. D. Canga Fano għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.

Sommarju

1.      Uffiċjali — Promozzjoni — Eżami komparattiv tal-merti — Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 45)

2.      Uffiċjali — Promozzjoni — Eżami komparattiv tal-merti — Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni — Portata — Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni — Elementi oħra li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 45)

3.      Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti Ġenerali tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

(Artikolu 257 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 11(1))

4.      Uffiċjali — Promozzjoni — Kriterji — Merti — Teħid inkunsiderazzjoni tal-livell ta’ responsabbiltajiet eżerċitati — Portata — Stħarriġ ġudizzjarju

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 45)

5.      Uffiċjali — Promozzjoni — Kriterji — Merti — Teħid inkunsiderazzjoni tal-għarfien lingwistiku — Portata

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 45)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 41, 42, 84 u 102)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 19 ta’ Marzu 1964, Raponi vs Il-Kummissjoni, 27/63, Ġabra p. 247, 268; 1 ta’ Lulju 1976, de Wind vs Il‑Kummissjoni, 62/75, Ġabra p. I‑1167, punt 17; 3 ta’ Diċembru 1981, Bakke-d’Aloya vs Il-Kunsill, 280/80, Ġabra p. 2887, punt 10; 3 ta’ April 2003, Il-Parlament vs Samper, C‑277/01 P, Ġabra p. I‑3019, punt 35

Il-Qorti Ġenerali: 11 ta’ Diċembru 1991, Frederiksen vs Il‑Parlament, T‑169/89, Ġabra p. II‑1403, punt 70; 30 ta’ Novembru 1993, Tsirimokos vs Il-Parlament, T‑76/92, Ġabra p. II‑1281, punt 21; 29 ta’ Frar 1996, Lopes vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, T‑547/93, ĠabraSP p. I‑A‑63 u II‑185, punt 133, u l-ġurisprudenza ċċitata; 9 ta’ April 2003, Tejada Fernández vs Il-Kummissjoni, T‑134/02, ĠabraSP p. I‑A‑125 u II‑609, punt 41; 15 ta’ Settembru 2005, Casini vs Il-Kummissjoni, T‑132/03, ĠabraSP p. I‑A‑253 u II‑1169, punt 54; 27 ta’ Settembru 2006, Lantzoni vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, T‑156/05, ĠabraSP p. I‑A‑2‑189 u II‑A‑2‑969, punt 46; 16 ta’ Diċembru 2010, Il-Kunsill vs Stols, T‑175/09 P, punti 23 u 47, u l-ġurisprudenza ċċitata

2.      L-obbligu li l-Awtorità tal-Ħatra għandha li twettaq eżami komparattiv tal-merti tal-uffiċjali li jistgħu jiġu promossi, previst fl-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal, huwa l-espressjoni, fl-istess ħin, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-uffiċjali u ta’ dak ta’ prospetti raġonevoli ta’ karriera, fejn l-evalwazzjoni tal-merti tagħhom tikkostitwixxi, għalhekk, il-kriterju determinanti. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal jipprevedi li, għall-finijiet tal-eżami komparattiv tal-merti, l-Awtorità tal-Ħatra għandha tieħu inkunsiderazzjoni, minbarra r-rapporti dwar l-uffiċjali, l-użu, fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom, ta’ lingwi oħra għajr il-lingwa li għaliha pproduċew evidenza ta’ għarfien fil-fond u, jekk ikun il-każ, il-livell tar-responsabbiltajiet eżerċitati. L-Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal jħalli ċertu marġni ta’ diskrezzjoni lill-imsemmija awtorità fir-rigward tal-importanza li din trid tagħti lill-kull wieħed mit-tliet kriterji msemmija f’din id-dispożizzjoni waqt l-eżami komparattiv tal-merti, b’osservanza, madankollu, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza.

L-Awtorità tal-Ħatra tista’, sussidjarjament, fil-każ ta’ merti ndaqs bejn l-uffiċjali fid-dawl tat-tliet kriterji msemmija espliċitament fl-Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, tieħu inkunsiderazzjoni elementi oħra, bħall-età tal-uffiċjali u l-anzjanità tagħhom fil-grad jew fis-servizz, u f’dan il-każ tali kriterji jistgħu jikkostitwixxu fattur deċiżiv fl-għażla tagħha.

(ara l-punti 43 u 44)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali: 12 Frar 1992, Volger vs Il-Parlament, T‑52/90, Ġabra p. II‑121, punt 24; Lopes vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, iċċitata iktar ’il fuq, punti 133 u 138; 5 ta’ Marzu 1998, Manzo-Tafaro vs Il‑Kummissjoni, T‑221/96, ĠabraSP p. I‑A‑115 u II‑307, punt 17; 27 ta’ April 1999, Thinus vs Il-Kummissjoni, T‑283/97, ĠabraSP p. I‑A‑69 u II‑353, punti 48 u 49; 18 ta’ Settembru 2003, Callebaut vs Il-Kummissjoni, T‑241/02, ĠabraSP p. I‑A‑215 u II‑1061, punt 44; 10 ta’ Ġunju 2004, Liakoura vs Il-Kunsill, T‑330/03, ĠabraSP p. I‑A‑191 u II‑859, punt 46

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 75, 79, 94 u 101)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 16 ta’ Settembru 1997, Koelman vs Il‑Kummissjoni, C‑59/96 P, Ġabra p. I‑4809, punt 31; 28 ta’ Mejju 1998, New Holland Ford vs Il-Kummissjoni, C‑8/95 P, Ġabra p. I‑3175, punt 72; 6 ta’ April 2006, General Motors vs Il‑Kummissjoni, C‑551/03 P, Ġabra p. I‑3173, punti 51 u 54; 21 ta’ Settembru 2006, JCB Service vs Il-Kummissjoni, C‑167/04 P, Ġabra p. I‑8935, punt 106

Il-Qorti Ġenerali: 8 ta’ Settembru 2008, Kerstens vs Il‑Kummissjoni, T‑222/07 P, ĠabraSP p. I‑B‑1‑37 u II‑B‑1‑267, punti 60 u 62; 7 ta’ Diċembru 2011, Mioni vs Il-Kummissjoni, T‑274/11 P, punt 18

4.      Fil-kuntest tal-eżami komparattiv tal-merti tal-uffiċjali li jistgħu jiġu promossi, peress li l-livell ta’ responsabbiltajiet moqdija mill-uffiċjal jista’ jiddependi fuq fatturi oħra minbarra l-klassifikazzjoni legali li r-Regolamenti tal-Persunal jagħtu lill-funzjonijiet tiegħu, il-qorti tal-Unjoni tista’ tieħu inkunsiderazzjoni l-funzjonijiet effettivament eżerċitati mill-uffiċjali kkonċernati, minbarra l-funzjonijiet uffiċjali tagħhom, sabiex tivverifika li l-evalwazzjoni komparattiva, tal-livell ta’ responsabbiltajiet eżerċitati minnhom, imwettqa mill-Awtorità tal-Ħatra, ma hijiex ivvizzjata bi żball manifest.

(ara l-punt 78)

5.      L-Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal ma jissuġġettax it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ lingwa bħala kriterju relatat mal-kapaċitajiet lingwistiċi għall-kundizzjoni li l-uffiċjal li jinvokaha jkollu għarfien perfett tagħha. Fil-fatt, il-livell minimu ta’ għarfien meħtieġ għal dan il-għan għandu jiġi ddeterminat biss b’riferiment għall-bżonnijiet tas-servizz, b’mod partikolari fid-dawl tal-kompiti li għandhom jitwettqu.

(ara l-punt 117)