Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2015 – Staelen vs Ombudsman

(Kawża T-217/11) 1

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Trattament mill-Ombudsman ta’ lment dwar il-ġestjoni ta’ lista ta’ kandidati xierq għal kompetizzjoni ġenerali – Setgħat ta’ investigazzjoni – Dmir ta’ diliġenza – Telf ta’ opportunità – Danni morali)

Lingwa tal-kawża: il-franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Claire Staelen (Bridel, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment L. Levi, M. Vandenbussche u A. Blot, sussegwentement F. Wies u A. Hertzog u finalment minn V. Olona, avukati)

Konvenut: L-Ombudsman Ewropew (rappreżentanti: G. Grill, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Rikors intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti b’konsegwenza tat-trattament mill-Ombudsman Ewropew tal-ilment tagħha dwar il-ġestjoni ħażina tal-lista ta’ kandidati xierq li rriżultat mill-Kompetizzjoni ġenerali EUR/A/151/98, li fiha r-rikorrenti tidher bħala kandidat li għaddaDispożittivL-Ombudsman Ewropew huwa kkundannat iħallas kumpens ta’ EUR 7 000 lil C. Staelen.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.L-Ombudsman Ewropew għandu jbgħati nofs l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ C. Staelen.C. Staelen għandha tbgħati nofs l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-Ombudsman Ewropew.