Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2024 – Skechers USA vs EUIPO (HANDS FREE FIT)

(Kawża T-254/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Skechers USA, Inc. II (Manhattan Beach, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Bogatz, Y. Stone u J. Feigl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “HANDS FREE FIT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 834 742

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Marzu 2024 fil-Każ R 2417/2023-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza kif previst fl-Artikolu 20, moqri flimkien mal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba kif previst fl-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

____________