Rikors ippreżentat fis-7 ta' Diċembru 2010 - Laboratoire Garnier vs UASI (natural beauty)
(Kawża T-559/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratoire Garnier et Cie (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: R. Dissmann u A. Steegmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta' Settembru 2010, fil-Każ R 971/2010-1;
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata : It-trade mark figurattiva "natural beauty" għal prodotti fil-klassi 3 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8294233
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, skont l-Artikolu 65(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ikkonkluda b'mod żbaljat li dawn ir-raġunijiet assoluti għal rifjut japplikaw għat-trade mark ikkontestata.
____________