Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-3 ta' April 2008 - Bakema vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Klassifika fil-grad - Grupp tal-funzjoni IV - Diploma - Esperjenza professjonali)
Lingwa tal-kawża:L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Reint J. Bakema (Zuidlaren, L-Olanda) [rappreżentanti: L. Rijpkema u A. Kootstra, avukati]
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej [rappreżentanti: J. Currall u M. Velrado, aġenti]
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tikklassifika mill-ġdid lir-rikorrent mill-grad 14 għall-grad 16 tal-grupp tal-funzjoni IV u li tikkunsidra il-"kandidaatsdiploma" tiegħu bħala li tiċċertifika taħriġ universitarju komplet skond l-Artikolu 82 taċ-CEOS u l-Artikolu 2 tal-GIP dwar il-proċeduri li jirregolaw l-ingaġġ u l-impjieg tal-membri tal-persunal bil-kuntratt fil-Kummissjoni
Dispożittiv
Id-deċiżjoni li biha l-awtorità responsabili għall-konklużjoni tal-kuntratti ta' ingaġġ ikklassifikat lil R. Bakema fil-grupp tal-funzjoni IV, fil-grad 14, skala 1, skond il-kuntratt iffirmat fil-25 ta' Ottubru 2005 li jorbtu mal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej bħala membru tal-persunal bil-kuntratt, hija annullata.
Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 212, 2.09.2006, p.48.