Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-27 ta' Novembru 2008 - Klug vs EMEA
(Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Nuqqas ta' tiġdid ta' kuntratt għal żmien fiss - Rapport ta' evalwazzjoni negattiv - Fastidju morali)
Lingwa tal-kawża:Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bettina Klug (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment W. Grupp, avukat, sussegwentement S. Zickgraf, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA) (rappreżentanti: V. Salvatore, S. Vanlievendael, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann u N. Rößler, avukati)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Mediċini li tiċħad il-kontestazzjoni tar-rikorrenti li jiġġedded il-kuntratt tax-xogħol - Talba għad-danni
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C ##, ##.