Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-24 ta' Ġunju 2008 - Islamaj vs Il-Kummissjoni
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Ex membri tal-persunal temporanju mħallsa mill-fondi tar-riċerka - Promozzjoni - Tneħħija tal-punti mingħand ir-rikorrent - Trasferiment ta' uffiċjal minn xogħol li jaqa' taħt ir-riċerka għal xogħol li jaqa' taħt l-amministrazzjoni tal-baġit ġenerali)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Agim Islamaj (Grimbergen, il-Belġju) (rappreżentanti: G. S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u L. Lozano Palacios, sussegwentement minn C. Berardis-Kayser u K. Herrmann, bħala aġenti)
Suġġett
Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tneħħi l-38,5 punt mingħand ir-rikorrenti li huwa akkumula bħala membru tal-persunal temporanju - Dikjarazzjoni ta' l-illegalità ta' l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-proċedura ta' promozzjoni ta' l-uffiċjali mħallsa mill-fondi "Riċerka" tal-baġit ġenerali.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
A. Islamaj għandu jbati ż-żewġ terzi ta' l-ispejjeż tiegħu.
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, terz ta' l-ispejjeż ta' A. Islamaj.
____________1 - ĠU C 235, 06.10.2007, p.33.