Rikors ippreżentat fit-13 ta' Lulju 2009 - PVS vs UASI - MeDiTA Medizinischer Kurierdienst (medidata)
(Kawża T-270/09)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: PVS - Privatärztliche Verrechnungsstelle Rhein-Ruhr GmbH (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Lindenberg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MeDiTA Medizinische Kurierdienst- u. Handelg. mbH (Düsseldorf, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannnulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell, tal-14 ta' Mejju 2009, fil-Każ R 1724/2007/4 u ticħad l-oppożizzjoni;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta' dan ir-rikors u tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell;
tikkundanna lill-konvenut fil-kontumaċja, mingħajr trattazzjoni, jekk ir-risposta ma tkunx ippreżentata fil-forom u fit-termini previsti.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "mediata" fil-kuluri blu, griż u abjad, għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 41, 42 u 44 (Applikazzjoni għar- reġistrazzjoni Nru 4 495 842)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: MeDiTA Medizinische Kurierdienst- u. Handelg. mbH
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża "MeDiTA" għal servizzi fil-klassjiet 35 u 39, fejn l-oppożizzjoni kienet diretta kontra r-reġistrazzjoni għall-klassi 35
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009
1, peress li m'hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).