Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2023 – Cellphenomics vs EUIPO (CellCompDx)

(Kawża T-512/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Cellphenomics GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Adori, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CellCompDx – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 687 445

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Mejju 2023 fil-Każ R 2571/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO sabiex jibdel id-deċiżjoni tiegħu, u jiddeċiedi mill-ġdid dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 687 445 billi jieħu inkunsiderazzjoni l-pożizzjoni tal-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-EIUPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________