Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Ottubru 2012 - Monier Roofing Components vs UASI (CLIMA COMFORT)

(Kawża T-371/11) 

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CLIMA COMFORT - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Monier Roofing Components GmbH (Oberursel, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Ekey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta' April 2011 (Każ R 2026/2010-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CLIMA COMFORT bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Monier Roofing Components GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 269, 10.09.2011.