Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – DEI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-421/09 RENV) 1

(“Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Swieq Griegi għall-provvista ta’ linjite u elettriku bl-ingrossa – Deċiżjoni li tistabbilixxi miżuri speċifiċi sabiex jiġu rrimedjati l-effetti antikompetittivi ta’ ksur tal-Artikolu 86(1) KE, moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE – Artikolu 86(3) KE – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità – Libertà kuntrattwali”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: P. Anestis, avukat)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Mylonopoulos u K. Boskovits, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou, aġent, assistit minn A. Oikonomou, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 6244 finali, tal-4 ta’ Awwissu 2009, li tistabbilixxi miżuri speċifiċi sabiex jiġu rrimedjati l-effetti antikompetittivi tal-ksur ikkonstatat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Marzu 2008, dwar l-għoti jew iż-żamma mir-Repubblika Ellenika ta’ drittijiet favur DEI għall-estrazzjoni ta’ linjite.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 11, 16.1.2010.