Rikors ippreżentat fit-2 ta' Ottubru 2009 - Annco vs UASI - Freche et fils (ANN TAYLOR LOFT)
(Kawża T-385/09)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Annco, Inc. (New York, L-Istati Uniti) (rappreżentant: G. Triet, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Freche et fils associés SARL (Pariġi, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
tiddikjara li r-rikors huwa fondat;
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta' Lulju 2009 fil-Każ R 1485/2008-1;
temenda d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta' Lulju 2009 fil-Każ R 1485/2008-1, favur ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkonċernata għall-klassijiet 18 u 25, flimkien mal-klassi 35;
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark "ANN TAYLOR LOFT" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Franċiża "LOFT" għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b'mod żbaljat li kien hemm possibbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati; ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell b'mod żbaljat ibbaża ruħu fuq provi u raġunijiet li fir-rigward tagħhom ir-rikorrenti ma kelliex l-opportunità li tesprimi l-opinjoni tagħha.
____________