Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' April 2011 - Fuller & Thaler Asset Mangement vs UASI (BEHAVIOURAL INDEXING u BEHAVIOURAL INDEX)
(Kawżi T-310/09 u T-383/09) 1 ("Trade mark Komunitarja - Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali BEHAVIOURAL INDEXING u BEHAVIOURAL INDEX - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru desrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2007")
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fuller & Thaler Asset Mangement, Inc. (San Mateo, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Malynicz, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Suġġett
Fil-Kawża T-310/09, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord Suprem tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta' April 2009 (Każ R 323/2008-G), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BEHAVIOURAL INDEXING bħala trade mark Komunitarja u, fil-Kawża T-383/09, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta' Ġunju 2009 (Każ R 138/2009-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BEHAVIOURAL INDEX bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
Il-Kawżi T-310/09 u T-383/09 huma magħquda għall-finijiet ta' din is-sentenza.
Ir-rikorsi huma miċħuda.
Fuller & Thaler Asset Management, Inc. hija kkundannata, fil-Kawżi T-310/09 u T-383/09, sabiex tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
____________1 - ĠU C 244, 10.10.2009.