Language of document : ECLI:EU:T:2008:36





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Frar 2008 – Orsay vs UASI - Jiménez Arellano (O orsay)

(Kawża T-39/04)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali u figurattiva O orsay – Trade mark nazzjonali verbali u figurattiva preċedenti D’ORSAY – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l- punti 49, 52-55)

Suġġett

Appell mid-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tat-3 ta’ Novembru 2003 (Każ R 394/2002-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn José Jiménez Arellano, SA u Orsay GmbH.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għal trade mark Komunitarja:

Orsay GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali u figurattiva O orsay għal prodotti fil-klassijiet 23, 24 u 25 – Applikazzjoni Nru 1042613

Proprjetarju tat-trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

José Jiménez Arellano SA

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

Trade mark figurattiva Spanjola u Portugiża D’ORSAY, b’mod partikolari għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:

Applikazzjoni għal trade mark għal prodotti “ħwejjeġ, stvali, żraben u papoċċi ta’ ġewwa, kpiepel” miċħuda. Il-kumplament ta’ l-oppożizzjoni miċħud

Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)     Ir-rikors huwa miċħud.

2)     Orsay GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.