Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Frar 2008 - Orsay vs L-UASI - Jiménez Arellano (O orsay)

(Kawża T-39/04)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali u figurattiva O orsay - Trade mark nazzjonali verbali u figurattiva preċedenti D'ORSAY - Motiv relattiv għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Orsay GmbH (Willstätt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. von Schultz u S. Elbe, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: l-ewwel U. Pfeghar, wara G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: José Jiménez Arellano, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: l-ewwel J. Astiz Suárez, wara S. Hernán-Carillo Portolés, u fl-aħħar A. Tarí Lázaro, avukati)

Suġġett

Appell mid-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-3 ta' Novembru 2003 (Każ R 394/2002-4) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn José Jiménez Arellano, SA u Orsay GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Orsay GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 106, 30.4.2004.