Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Settembru 2011 - Dornbracht vs UASI - Metaform Lucchese (META)

(Kawża T-1/09) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali META - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti METAFORM - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Xebh tal-prodotti u tas-sinjali - Rifjut ta' reġistrazzjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Probabbiltà ta' konfużjoni"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aloys F. Dornbracht GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Mes, C. Graf von der Groeben, G. Rother, J. Bühling, A. Verhauwen, J. Künzel, D. Jestaedt u M. Bergermann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Metaform Lucchese SpA (Pescaglia, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi u A. Perani, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta' Novembru 2008 (Każ R 1152/2006-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Metaform Lucchese SpA u Aloys F. Dornbracht GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Aloys F. Dornbracht GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż ta' dawn il-proċeduri.

____________

1 - ĠU C 69, 21.03.2009.