Language of document : ECLI:EU:T:2011:73





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-589/08)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Għoti ta’ servizzi tal-informatika u ta’ għajnuna lill-utenti fir-rigward tas-sistema Komunitarja tal-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjoni – Ċaħda tal-offerta – Kriterji ta’ għoti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Trattament ugwali – Trasparenza”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (ara l-punt 24)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 63, 64, 80)

3.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 112)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Ottubru 2008, li jiċħdu l-offerti mressqa mir-rikorrenti fir-rigward ta’ kull wieħed mit-tliet lottijiet fil-kuntest tas-sejħa għal offerti miftuħa DG ENV.C2/FRA/2008/0017 “Kuntratt qafas dwar is-sistema tal-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni – CITL/CR” (2008/S 72-096229) u li dawn l-kuntratti jingħataw lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.