Language of document : ECLI:EU:T:2011:495





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Settembru 2011 – Dornbracht vs UASI – Metaform Lucchese (META)

(Kawża T-1/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali META – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti METAFORM – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Xebh tal-prodotti u tas-sinjali – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Probabbiltà ta’ konfużjoni”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 26, 49, 54, 59, 63, 64)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Novembru 2008 (Każ R 1152/2006-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Metaform Lucchese SpA u Aloys F. Dornbracht GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aloys F. Dornbracht GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.