Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Marzu 2013 - Fresh Del Monte Produce vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-587/08) 

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-banana - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Sistema ta' skambju ta' informazzjoni - Kunċett ta' prattika miftiehma li għandha għan antikompetittiv - Rabta kawżali bejn il-ftehim u l-aġir tal-impriżi fis-suq - Ksur wieħed - Imputazzjoni tal-ksur - Drittijiet tad-difiża - Multi - Gravità tal-ksur - Kooperazzjoni - Ċirkustanzi attenwanti")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliz

Partijiet

Rikorrenti: Fresh Del Monte Produce, Inc (George Town, Gżejjer Cayman, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment B. Meyring, avukat, u E. Verghese, solicitor, sussegwentement B. Meyring)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Kellerbauer, A. Biolan u X. Lewis, sussegwentement M. Kellerbauer, A. Biolan, u P. Van Nuffel, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Rinne, avukat, C. Humpe u S. Kon, solicitors, u C. Vajda, QC.

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni C (2008) 5955 finali tal-Kummissjoni, tal-15 ta' Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/39.188 - Banana), u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa.

Dispożittiv

L-ammont tal-multa imposta skont l-Artikolu 2(ċ) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5955, tal 15 ta' Ottubru 2008, dwar proċedimenti skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/39188 - Banana), huwa ffissat għal EUR 8.82 miljun.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Fresh Del Monte Produce, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tliet kwarti ta' dawk tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.

Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 44, 21.2.2009