Language of document : ECLI:EU:T:2012:522





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T-591/08)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi informatiċi — Klassifikazzjoni ta’ offerent fit-tieni pożizzjoni fil-proċedura kaskata — Rikors għal annullament — Raġunijiet għall-esklużjoni mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti — Kunflitt ta’ interess — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Għoti ta’ kuntratti — Esklużjoni tal-offerenti li jkunu naqsu b’mod gravi milli jeżegwixxu l-obbligi tagħhom fil-kuntest ta’ kuntratt ieħor — Kundizzjoni — Offerenti li kienu s-suġġett ta’ sanzjoni amministrattiva skont l-Artikolu 96(1) tar-Regolament finanzjarju (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikoli 93(1)(f), 94(ċ) u 96(1)(b)) (ara l-punti 34-37, 40)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti — Neċessità li tiġi żgurata l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u li wieħed ikun konformi mal-prinċipju ta’ trasparenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikoli 89(1) u 97(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikoli 135 sa 138) (ara l-punti 53-55, 92, 93)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Sempliċi riferiment għall-annessi –– Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)) (ara l-punt 66)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta — Obbligu ta’ komunikazzjoni, fuq talba bil-miktub, tal-karatteristiċi u l-vantaġġi tal-offerta magħżula kif ukoll tal-isem tal-offerent magħżul (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149) (ara l-punti 76-79, 130, 137, 157)

5.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Kriterji ta’ selezzjoni — Evalwazzjoni tal-kapaċità tal-kandidati li jipprovdu s-servizzi speċifikati — Kriterji ta’ għoti — Evalwazzjoni komparattiva tal-karatteristiċi u tal-merti speċifiċi tal-offerti individwali — Operazzjonijiet distinti u regoli (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 97(1) u (2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 138) (ara l-punt 110)

6.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (ara l-punt 158)

7.                     Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Kundizzjonijiet — Motiv ġdid — Notion (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 48(2)) (ara l-punt 190)

8.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punt 199)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tas-17 ta’ Ottubru 2008, li jikklassifikaw lir-rikorrenti, għall-offerti tagħha magħmula fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti intitolata “Teknoloġiji tal-informazzjoni fil-qasam tal-istatistika”, li tikkonċerna servizzi ta’ pariri u ta’ żvilupp dwar il-format ta’ skambju ta’ data u ta’ metadata statistika (SDMX) (ĠU 2008/S 120‑159017), bħala t-tieni parti kontraenti fil-kaskata għal-lottijiet Nri 2 u 3, kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha ulterjuri relatati magħhom, inklużi d-deċiżjonijiet li jattribwixxu l-kuntratt lil offerenti oħra, ikklassifikati fl-ewwel pożizzjoni fil-kaskata għal dawn il-lottijiet, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.