Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Marzu 2011 - Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-589/08) 1

("Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Għoti ta' servizzi tal-informatika u ta' għajnuna lill-utenti fir-rigward tas-sistema Komunitarja tal-iskambju ta' drittijiet ta' emissjoni - Ċaħda tal-offerta - Kriterji tal-għoti - Obbligu ta' motivazzjoni - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Trattament ugwali - Trasparenza")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis, Katsimani u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropeja (rappreżentanti: E. Manhaeve u N. Bambara, aġenti, assistit minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tat-13 ta' Ottubru 2008, li jiċħdu l-offerti mressqa mir-rikorrenti fir-rigward ta' kull wieħed mit-tliet lottijiet fil-kuntest tas-sejħa għal offerti miftuħa DG ENV.C2/FRA/2008/0017 "Kuntratt qafas dwar is-sistema tal-iskambju ta' kwoti ta' emissjoni - CITL/CR" (2008/S 72-096229) u li dawn l-kuntratti jingħataw lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż

____________

1 - ĠU C 69, 21.3.2009.