Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – European Dynamics Luxembourg et vs UASI

(Kawża T-299/11)1

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi esterni marbuta mal-amministrazzjoni ta’ programmi u ta’ proġetti u ta’ pariri tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informatika – Klassifikazzjoni ta’ offerenti fi proċedura ta’ kaskata – Kriterji ta’ għoti – Ugwaljanza fl-opportunitajiet – Trasparenza – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Telf ta’ opportunità”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu); Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) u European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, sussegwentement minn I. Ampazis, avukati)

Konvenut: L Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: N. Bambara u M. Paolacci, aġenti, assistiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-UASI, adottata fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa AO/021/10, intitolata “Servizzi esterni marbuta mal-amminstrazzjoni ta’ programmi u ta’ proġetti u ta’ pariri tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informatika”, u kkomunikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tat-28 ta’ Marzu 2011, li tikklassifika l-offerta tal-ewwel rikorrent fit-tielet post skont il-mekkaniżmu ta’ kaskata għall-finijiet tal-għoti ta’ kuntratt kwadru u, min-naħa l-oħra, talbiet għad-danni.DispożittivId-deċiżjoni tal-UASI, adottata fil-kuntest tal-proċedura miftuħa ta’ sejħa għal offerti AO/021/10, intitolata “Servizzi esterni marbuta mal-amminstrazzjoni ta’ programmi u ta’ proġetti u ta’ pariri tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informatika”, u kkomunikata lil European Dynamics Luxembourg SA permezz tal-ittra tat-28 ta’ Marzu 2011, li tikklassifika l-offerta tagħha fit-tielet post skont il-mekkaniżmu ta’ kaskata għall-finijiet tal-għoti ta’ kuntratt-kwadru, kif ukoll li tikklassifika l-o

fferta tal-c

onsortium Unisys SLU u Charles Oakes & Co Sàrl, minn naħa, u ta’ ETIQ Consortium (by everis u Trasys), min-naħa l-oħra, fl-ewwel u t-tieni post rispettivament hija annullata.L-Unjoni Ewropea hija obbligata li tirrimedja d-danni subiti minn European Dynamics Luxembourg abbażi tat-telf ta’ opportunità li tingħata il-kuntratt-kwadru bħala l-ewwel kontraenti f’kaskata.Il-kumplament tat-talba għad-danni huwa miċħud.Il-partijiet għandhom jittrażmettu lill-Qorti Ġenerali, f’terminu ta’ tliet xhur dekorribbli mid-data tal-għoti tas-sentenza, l-ammont pagabbli tal-kumpens, stabbilit bi ftehim komuni.Fin-nuqqas ta’ ftehim, il-partijiet għandhom iwasslu lill-Qorti Ġenerali, fl-istess t

erminu, il-kwantifikazzjoni tad-dannu tagħhom.L-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1  ĠU C 232, 6.8.2011.