Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Settembru 2012 - TeamBank vs UASI - Fercredit Servizi Finanziari (f@ir Credit)

(Kawża T-220/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva f@ir Credit - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti FERCREDIT - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TeamBank AG Nürnberg (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Kiphuth, H. Lindner u D. Terheggen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: R. Manea u G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Fercredit Servizi Finanziari SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti : G. Petrocchi, A. Masetti Zannini de Concina u R. Cartella, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta' Frar 2011 (Każ R 719/2010-1), rigward proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Fercredit Servizi Finanziari SpA u TeamBank AG Nürnberg.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

TeamBank AG Nürnberg hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 194, 02.07.2011.