Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Settembru 2008 - Spee vs Europol
(Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Remunerazzjoni - Artikoli 28 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' Europol - Skali mogħtija fuq il-bażi tal-evalwazzjoni - Retroattività tar-regoli li għandhom jiġu applikati - Metodu ta' kalkolu)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: David Spee (Rijswijk, l-Olanda) (rappreżentant: D.C. Coppens, avukat)
Konvenut: L-Uffiċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (rappreżentanti: Urban u D. Neumann, imbagħad D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur u R. van der Hout, avukati)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni ta' Europol tal-5 ta' Lulju 2006 li tattribwixxi lir-rikorrent waħda biss miż-żewġ skali msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' Europol.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 326, 30.12.2006, p. 84