Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Novembru 2010 - UASI vs Simões Dos Santos
"Appell - Appell inċidentali - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2003 - Tnaqqis għal żero u kalkolu mill-ġdid tal-ammont ta' punti ta' mertu - Eżekuzzjoni ta' sentenza tat-Tribunal - Res judicata - Bażi legali - Non retroattività - Aspettattivi leġittimi - Dannu materjali - Telf ta' possibbiltà ta' promozzjoni - Danni morali"
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni (rappreżentant: I. de Medrano Caballero, aġent, assistit minn D. Waelbroeck, avukat)
Appellat: Manuel Simões Dos Santos (Alicante, Spanja) (rappreżentant: A. Creus Carreras, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-5 ta' Mejju 2009, Simões Dos Santos vs UASI (F-27/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.
Dispożittiv
1) Il-punti 2 sa 5 tad-dispożittiv tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-5 ta' Mejju 2009, Simões Dos Santos vs UASI (F-27/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), huma annullati.
2) Il-kumplament tal-appelli prinċipali u inċidentali huwa miċħud.
3) Il-kawża hija rrinvjata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
4) L-ispejjeż huma rriżervati.
____________1 - ĠU C 220, 12.09.2009.