Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' April 2011 - Safariland vs UASI - DEF-TEC Defense Technology (FIRST DEFENSE AEROSOL PEPPER PROJECTOR)
("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja FIRST DEFENSE AEROSOL PEPPER PROJECTOR - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżekuzzjoni mill-UASI ta' sentenza li tannulla deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tiegħu - Drittijiet tad-difiża -Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 63(2), Artikolu 65(6), Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009")
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Safariland LLC, li qabel kienet Defense Technology Corporation of America (Jacksonville, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DEF-TEC Defense Technology GmbH (Francfort-sur-le-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn H. Daniel u O. Haleen, sussegwentement minn O. Haleen, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta' Mejju 2009 [Każ R 493/2002-4 (II)], dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Defence Technology Corporation of America u DEF-TEC Defense Technology GmbH.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) Safariland LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u tad-DEF-TEC Defense Technology GmbH.
____________1 - ĠU C 205, 29.08.2009