Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Ġunju 2010 - Victoria Sánchez vs Il-Parlament u Il-Kummissjoni

(Kawża T 61/10 R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għal miżuri provviżorji - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Fernando Marcelino Victoria Sánchez (Sevilla, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment N. Domínguez Varela, sussegwentement P. Suarez Plácido, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N Lorenz, N. Görlitz u P. López-Carceller, aġenti); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u I. Martínez del Peral, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża sabiex l-integrità fiżika tar-rikorrenti, id-drittijiet fundamentali tiegħu u dawk taċ-ċittadini Ewropej li jistgħu jkunu affettwati, jiġu ggarantiti.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________