Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2024 – Yadex International vs EUIPO – Armada Gida (doyum)

(Kawża T-209/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea doyum – Trade mark verbali preċedenti nazzjonali Doyum – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ xebh tal-prodotti – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/2001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Yadex International GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kohl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Armada Gida Ticaret Sanayi AŞ (Akdeniz, it-Turkija)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Frar 2023 (Każ R 1436/2022-1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Yadex International GmbH u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 216, 19.6.2023.