Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Novembru 2011 - Abbott Laboratories vs UASI (RESTORE)

(Kawża T-363/10) 

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RESTORE - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Ksur tad-dritt għal smigħ - Obbligu ta' motivazzjoni - L-ewwel u t-tieni sentenzi tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Abbott Laboratories (Abbott Park, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Schäffler u J. Springer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant): R. Manea, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta' Ġunju 2010 (Każ R 1560/2009-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali RESTORE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Abbott Laboratories hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 288, 23.10.2010.