Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Mejju 2011 - Cahier et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-195/11 R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà parzjali - Nuqqas ta' urġenza"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Marie Cahier (Montchaude, Franza) u t-28 rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness għad-digriet (rappreżentant: C. É. Gudin, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Sitbon Bercain u P. Mahnič Bruni, aġenti) ; u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi, B. Schima u M. Vollkommer, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji u għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, tas-17 ta' Mejju 1999, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 26, p. 25), kif miżmum fis-seħħ bl-Artikolu 128(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008, tad-29 ta' April 2008, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 (ĠU L 148, p. 1).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________