Rikors ippreżentat fit-22 ta' April 2008 - Bernard vs Europol
(Kawża F-45/08)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Marjorie Bernard (l-Aja, L-Olanda) (rappreżentant: P. de Casparis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulzija (Europol)
Suġġett tal-kawża
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol dwar l-evalwazzjoni tar-rikorrenti u ċ-ċaħda impliċita tal-kontestazzjoni tagħha fir-rigward ta' din l-evalwazzjoni, u min-naħa l-oħra, li l-Europol jiġi kkundannat iħallas danni.
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla l-evalwazzjoni tal-25 ta' Lulju 2007 u d-deċiżjoni impliċita taċ-ċaħda tal-kontestazzjni tagħha fir-rigward ta' din l-evalwazzjoni ppreżentata minn M. Bernard fit-23 ta' Ottubru 2007;
tikkundanna lill-Europol iħallas l-ammont ta' EUR 7 500 bħala danni;
tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.
____________