Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2021 – Wolf Oil vs EUIPO – Rolf Lubricants (ROLF)

(Kawża T-531/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva ROLF – Trade mark internazzjonali preċedenti Wolf – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Wolf Oil Corporation NV (Hemiksem, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Heremans u L. Depypere, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Kompari u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rolf Lubricants GmbH (Leverkusen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Terheggen u S. Sullivan, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 1958/2019-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Wolf Oil Corporation u Rolf Lubricants.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Wolf Oil Corporation NV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 339, 12.10.2020.