Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2021 – Hewlett Packard Enterprise Development vs EUIPO – Aruba (ARUBA NETWORKS)

(Kawża T-345/21)

Lingwa tar-rikors: l-Inġliż

Partijiet

Rikorrent: Hewlett Packard Enterprise Development LP (Houston, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Roncaglia u N. Parrotta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aruba SpA (Bibbiena, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali “ARUBA NETWORKS” – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 198 196

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 1473/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċedimenti;

tikkundanna lil Aruba S.p.A. għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċedimenti;

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-evalwazzjoni ta’ xebh bejn is-sinjali konfliġġenti.

____________