Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Marzu 2008 - Huta Buczek vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-440/07 R)

("Miżuri provviżorji - Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni - Ammissibbiltà - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: Il-Polakk

Partijiet

Rikorrenti: Huta Buczek sp. z o.o. (Sosnowiec, il-Polonja) (rappreżentant: Szlachetko-Reiter, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Gross, M. Kaduczak u A. Styobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospenżjoni ta' l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5087 finali, tat-23 ta' Ottubru 2007, dwar għajnuna mill-Istat C 23/2006 (qabel NN 35/2006), mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja lill-produttur ta' l-azzar Grupy Technologie Buczek.

Dispożittiv

It-talba hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________