Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2024 – UT vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-27/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: UT (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tas-6 ta’ April 2023;
tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors kontra d-deċiżjoni tal-eżami mill-ġdid tas-6 ta’ April 2023 tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/398/22-4 li kien iddeċieda li ma jinkludihx fil-lista tal-persuni mistiedna għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, r-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ ċertezza legali tal-avviż ta’ kompetizzjoni li jirriżulta mit-tfassil vag tiegħu.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-avviż ta’ kompetizzjoni mill-amministrazzjoni u tal-assenza ta’ evalwazzjoni tal-kriterji u tal-ħiliet differenti rikjesti minnu.
It-tielet motiv ibbażat fuq assenza ta’ motivazzjoni tal-marki miksuba mir-rikorrent li ma tippermettilhux li jifhem il-punti li kiseb għal kull tweġiba u lanqas li jivverifika l-leġittimità tagħhom u n-nuqqas ta’ deċiżjoni individwalizzata fid-deċiżjoni li tiċħad it-talba tiegħu għal eżami mill-ġdid.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tat-tweġibiet tar-rikorrent, sa fejn jeżistu żbalji u inkorenzi bejn il-mistoqsijiet magħmula u l-punti miksuba, kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni tat-tweġibiet tiegħu għad-domandi 4 u 8 u tal-eżistenza eventwali ta’ żbalji tekniċi li jistgħu jispjegaw dan l-iżball.
____________