Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2013 – Schwerdt vs UASI– Iberamigo (cat&clean)

(Kawża T-587/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Miriam Schwerdt (Porta-Westfalica, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Kruse, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Iberamigo, SA (Rubi, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni adottata fit-3 ta’ Settembru 2013 mill-Bord tal-Appell tal-UASI fil-Każ Nru R 1799/2012-4 u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva ta’ diversi kuluri li tirrappreżenta qattus bl-elementi verbali “cat&clean” għal prodotti li jaqgħu fil-klassi 31 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 612 301Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Iberamigo, SATrade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali Spanjola “CLEAN CAT” irreġistrata għal prodotti fil-klassi 31Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja u tal-Artikoli 29 et seq tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni

Ewropea