Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2013 – Siemag Tecberg Groupvs vs UASI (Winder Controls)

(Kawża T-593/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Siemag Tecberg Group GmbH (Haiger, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Sommer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni fil-Każ R 1261/2013-4 tal-5 ta’ Settembru 2013 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;

tistabbilixxi data għas-seduta għas-sottomissjonijiet oraliMotivi u argumenti prinċipaliTrade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Winder Controls” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 35, 37, 41 u 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 542 412Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.