Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Groupe Canal + vs UASI – Euronews (News+)

(Kawża T-591/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali News+ – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ACTU+ – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Groupe Canal + (Issy-les-Moulineaux, Franza) (rappreżentanti: L. Barissat u R. Joseph, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Euronews (Écully, Franza) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Schmitt, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1533/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Groupe Canal + u Canal + France u, min-naħa l-oħra, Euronews.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Groupe Canal + huwa kkundannat għall-ispejjeż.