Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – Schwerdt vs UASI Iberamigo (cat & clean)

(Kawża T-587/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva cat & clean – Trade mark Spanjola verbali preċedenti CLEAN CAT – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Ostakli għall-moviment liberu tal-merkanzija – Artikolu 34 TFUE – Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”)

Lingwa tal-kawża: il-Germaniż

Partijiet

Rikorrenti: Miriam Schwerdt (Porta-Westfalica, il-Germanja) (rappreżentant: K. Kruse, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Iberamigo, SA (Rubi, Spanja)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1799/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Iberamigo, SA u Miriam Schwerdt.DispożittivIr-rikors huwa miċħud. Miriam Schwerdt hija kkundannata għall-ispejjeż.