Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Il-Ġreċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-241/13) 1

[“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Laħam taċ-ċanga u tal-vitella – Laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż – Tabakk – Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 – Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 – Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004”]

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias, S. Papaïoannou u A. Vasilopoulou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marcoulli u D. Triantafyllou, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/123/UE, tas-26 ta’ Frar 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 67, p. 20), sa fejn teskludi ċertu nfiq imwettaq mir-Repubblika Ellenika.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/123/UE, tas-26 ta’ Frar 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn teskludi ċertu nfiq imwettaq mir-Repubblika Ellenika, fis-settur tat-tabakk, fir-rigward tas-sena ta’ talba 2006.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Ellenika għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 ĠU C 207, 20.7.2013.