Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2013 – Gemeente Eindhoven vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-370/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Gemeente Eindhoven (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: G. van der Wal, M. van Heezik u L. Parret, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonċerna t-tranżazzjoni bejn ir-rikorrenti u l-PSV;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tikkontesta, abbażi tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Marzu 2013 [SA.33584 (2013/C) (ex 2011/NN) - Għajnuna lil ċerti klabbs professjonali tal-futbol Olandiżi bejn 2008-2011] (ĠU C 116, p. 19).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, inkluż il-prinċipju ta’ diliġenza.

Ir-rikorrenti ssostni li fis-26 u fit-28 ta’ Lulju 2011 ġiet trażmessa informazzjoni lill-Kummissjoni u ma saru ebda domandi sussegwenti lill-awtoritajiet Olandiżi. Fis-6 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura formali ta’ investigazzjoni. Minħabba li kien iddekorra terminu sostanzjali (19-il xahar) u fl-assenza ta’ kull komunikazzjoni (sostantiva), il-Kummissjoni ma kellhiex, minħabba l-atti u l-omissjonijiet tagħha stess, rappreżentazzjoni kompleta tal-fatti rilevanti fil-ftuħ tal-proċedura formali ta’ investigazzjoni.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.

Permezz ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li setgħet tippreżumi li t-tranżazzjoni ġiet evalwata fil-kuntest tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar elementi ta’ għajnuna Statali dwar bejgħ ta’artijiet u bini ta’awtoritajiet pubbliċi  kif kien il-każ preċedentement meta l-Kummissjoni kienet evalwat tranżazzjonijiet simili.It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.Billi fetħet il-proċedura formali ta’ investigazzjoni fin-nuqqas ta’ dubju fondat fis-sens tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 659/1999  u tal-ġurisprudenza, il-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni. Billi kienet diġà kkonstatat, minkejja l-eżistenza ta’ domandi addizzjonali, l-eżistenza ta’ għajnuna tal-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni n-natura provviżorja ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 659/1999.Ir-raba’ motiv ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti u/jew inadatta.Wara li sostniet il-motiv preċedenti dwar żball manifest ta’ evalwazzjoni, ir-rikorrenti fl-aħħar issostni li d-deċiżjoni kkontestata ma tissodisfax l-obbligu ta’ motivazzjon

i li għandha l-Kummissjoni, previst fl-Artikolu 296 TFUE.

____________

____________

1  K