Language of document : ECLI:EU:T:2012:653

SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

6 ta’ Diċembru 2012

Kawża T‑630/11 P

Peter Strobl

vs

Il-Kummissjoni Ewropea u

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Kompetizzjoni ġenerali — Kandidati inklużi f’lista ta’ kandidati xierqa qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal ġodda — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Ħatra — Klassifikazzjoni fi grad skont ir-regoli l-ġodda inqas favorevoli — Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Żball ta’ liġi — Obbligu ta’ motivazzjoni mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku”

Suġġett:      Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad‑29 ta’ Settembru 2011, Strobl vs Il‑Kummissjoni (F‑56/05), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Deċiżjoni:      L-appell huwa miċħud. P. Strobl għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

Sommarju

1.      Appell — Risposta tal-intervenjent — Rekwiżiti proċedurali — Indikazzjoni tat-talbiet — Riferiment globali għal dokument ta’ parti oħra, mhux anness mar-risposta — Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 141(1) u (2), (ċ) u (d), u 142(1)(a))

2.      Appell — Aggravji — Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat — Inammissibbiltà

(Artikolu 257 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21 u Anness I, Artikolu 11; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, is-subparagrafu 1(ċ) tal-Artikolu 138(1))

3.      Rikors għal annullament — Kompetenza tal-qorti tal-Unjoni — Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni — Inammissibbiltà

(Artikolu 263 TFUE)

4.      Atti tal-istituzzjonijiet — Preżunzjoni ta’ validità — Konsegwenzi

(Artikolu 288 TFUE)

5.      Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell — Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 48(2), 139(2) u 144)

6.      Appell — Aggravji — Aggravju fformulat kontra motiv ta’ sentenza li ma huwiex neċessarju sabiex jiġi ġġustifikat id-dispożittiv tagħha — Aggravju ineffettiv

7.      Proċedura ġudizzjarja — Motivazzjoni tas-sentenzi — Portata — Obbligu li tiddeċiedi dwar kull ksur ta’ dritt allegat

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u Anness I, Artikolu 7(1))

8.      Appell — Aggravji — Motivazzjoni insuffiċjenti jew kontradittorja — Ammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u Anness I, Artikolu 7(1))

9.      Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Assenza — Inammissibbiltà — Żviluppi li jirriżultaw f’nota ppreżentata ulterjorment — Assenza ta’ effett

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 35(1)(e))

1.      Skont l-Artikolu 141(1) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, kull parti fil-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tista’ tippreżenta risposta f’terminu ta’ xahrejn min-notifika tal-appell. Sabiex din ir-risposta tkun effettiva, il-parti li tippreżentaha għandha, bħala prinċipju, tesprimi fiha l-pożizzjoni tagħha dwar l-appell, billi titlob iċ-ċaħda totali jew parzjali tiegħu jew billi tappoġġah totalment jew parzjalment, jew saħansitra billi tippreżenta kontrotalba, fejn l-aggravji kollha huma previsti fl-Artikolu 142(1)(a) tal-imsemmija regoli tal-proċedura. B’hekk l-Artikolu 141(2)(ċ) u (d) tar-Regoli tal-Proċedura jipprovdi li r-risposta għandha tinkludi l-elementi essenzjali kollha li jippermettu lill-qorti tal-Unjoni tiddeċiedi fuq din tal-aħħar, jiġifieri, b’mod partikolari, it-“talbiet” u l-“aggravji u argumenti ta’ liġi invokati”.

Risposta ta’ intervenjent li tirreferi globalment għar-risposta ta’ parti oħra, mhux annessa, u li għalhekk, fir-rigward tagħha, ma huwiex paċifiku li din tikkorrispondi għalkollox għar-risposta ppreżentata minn din il-parti l-oħra fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 141(2)(ċ) u (d) tar-Regoli tal-Proċedura u għalhekk, għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli. Fil-fatt, tali riferiment ma jistax ikollu bħala effett li jinkludi t-talbiet u l-argumenti ġuridiċi li jinsabu fir-risposta tal-imsemmija parti fir-risposta tal-intervenjent u lanqas ma jista’, a fortiori, itaffi l-assenza, fl-imsemmija risposta, tal-elementi essenzjali li, skont l-Artikolu 141(2)(ċ) u (d) tar-Regoli tal-Proċedura, għandhom jissemmew fiha.

(ara l-punti 37 sa 39)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 11 ta’ Mejju 2006, Sunrider vs UASI, C‑416/04 P, Ġabra p. I‑4237, punt 30

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 14 ta’ Diċembru 2005, Honeywell vs Il‑Kummissjoni, T‑209/01, Ġabra p. II‑5527, punti 57 u 63 sa 68, u l-ġurisprudenza ċċitata

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 41 sa 43)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 12 ta’ Marzu 2008, Rossi Ferreras vs Il‑Kummissjoni, T‑107/07 P, ĠabraSP p. I‑B‑1‑5 u II‑B‑1‑31, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 46)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 22 ta’ Jannar 2004, Mattila vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni, C‑353/01 P, Ġabra p. I‑1073, punt 15 u l-ġurisprudenza ċċitata

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 55)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 24 ta’ Novembru 2010, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, T‑9/09 P, punt 37

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 57)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 1 ta’ Ġunju 1994, Il‑Kummissjoni vs Brazzelli Lualdi et, C‑136/92 P, Ġabra p. I‑1981, punt 59

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 63)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 29 ta’ April 2004, Il‑Kummissjoni vs CAS Succhi di Frutta, C‑496/99 P, Ġabra p. I‑3801, punt 68 u l-ġurisprudenza ċċitata

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 75)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 19 ta’ Novembru 2009, Michail vs Il‑Kummissjoni, T‑49/08 P, ĠabraSP p. I‑B‑1‑121 u II‑B‑1‑739, punt 51, u l-ġurisprudenza ċċitata; 19 ta’ Novembru 2009, Michail vs Il‑Kummissjoni, T‑50/08 P, ĠabraSP p. I‑B‑1‑127 u II‑B‑1‑775, punti 41 u 42, u l-ġurisprudenza ċċitata

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 76)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 8 ta’ Frar 2007, Groupe Danone vs Il‑Kummissjoni, C‑3/06 P, Ġabra p. I‑1331, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 81)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 3 ta’ Mejju 2012, World Wide Tobacco España vs Il‑Kummissjoni, C‑240/11 P, punt 38

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 24 ta’ Marzu 2011, Legris Industries vs Il‑Kummissjoni, T‑376/06, ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 31