Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2014 – Ir-Repubblika tal-Latvja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-661/14)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: Inguss Kalniņš u Dace Pelše)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4479 tad-9 ta’ Lulju 2014 1 sa fejn tikkonċerna lir-Repubblika tal-Latvja u sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni l-ispejjeż li jammontaw għal EUR 739 393.95, inkorsi minn organu ta’ ħlas awtorizzat tar-Repubblika tal-Latvja għall-perijodu finanzjarju 2009 sal-2012 dwar l-istabbiliment tal-eżiġenzi ta’ kundizzjonalità;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-Repubblika tal-Latvja.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-iżball imwettaq mill-Kummissjoni fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1782/2003 2 u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 73/2009 3 , minħabba li:

Mill-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1782/2003 u mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-Istati Membri, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi spefiċi taż-żoni kkonċernati, għandhom marġni ta’ diskrezzjoni fid-definizzjoni tal-eżiġenzi għall-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin.

Il-problemi msemmija fl-anness tar-Regolament Nru 1782/2003 jistgħu jiġu riżolti billi tiġi evalwata kull problema u billi jiġu imposti l-iktar regoli adegwati (effettivi) fost dawk stabbiliti fl-imsemmi regolament skont il-kuntest nazzjonali.

Sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ proporzjonalità, jekk l-introduzzjoni ta’ rekwiżit tkun tikkonċerna biss l-attivitajiet agrikoli żgħar u, konsegwentement, toħloq spejjeż amministrattivi u spejjeż kunsiderevolmet iktar għoljin mill-benefiċċji, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu rekwiżiti essenzjali, dejjem jekk dawn jippermettu li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fir-Regolament Nru 1782/2003.

Il-Kummissjoni ma adottatx approċċ koerenti fir-rigward tan-natura obbligatorja u essenzjali tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament Nru 1782/2003; barra minn hekk, l-assenza ta’ azzjoni tal-Kummissjoni sal-ħarifa tal-2009 tikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żbalji ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1290/2005 4 u tal-Linji Gwida Nru VI/5330/97 (Linji Gwida dwar il-kalkolu tal-konsegwenzi finanzjarji tal-clearance tal-kontijiet tal-FAEGG – Garanzija) meta l-Kummissjoni għamlet il-kalkolu tal-korrezzjoni finanzjarja applikabbli għar-Repubblika tal-Latvja, minħabba:n-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li r-riskju għall-fondi ma ġiex ippreċiżat u minħabba li ma tteħdux inkunsiderazzjoni l-kalkoli ppreżentati mir-Repubblika tal-Latvja, li abbażi tagħhom ir-riskju kkawżat kien iżgħar.ksur tal-Linji Gwida li abbażi tagħhom il-kriterju tar-rata fissa għandu jintuża biss meta t-telf ma jkunx jista’ jiġi kkalkolat abbażi tal-informazzjoni disponibbli, filwaqt li r-Repubblika tal-Latvja pprovdiet informazzjoni preċiża li tippermetti li jiġi kkalkolat ir-riskju għall-fondi.

____________

____________

1 Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2014/458/UE, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 205, p. 62). Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komu

ni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (

KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU L 270, p. 1). Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni