Language of document :

Appell ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2023 minn Atesos medical AG, Bonebridge AG, Heico-Switzerland AG, Keri Medical SA, Medcem GmbH, Stemcup Medical Products AG mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-23 ta’ Mejju 2023 fil-Kawża T-764/21, Atesos medical et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-491/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Atesos medical AG, Bonebridge AG, Heico-Switzerland AG, Keri Medical SA, Medcem GmbH, Stemcup Medical Products AG (rappreżentanti: S. De Knop u M. Meulenbelt, advocaten)

Partijiet oħra fil-proċedura: MPS Precimed SA, PX Dental SA, Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-11 ta’ April 2024, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) iddeċidiet li l-appell għandu jiġi miċħud bħala manifestament infondat u li l-appellanti għandhom jiġu kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________