Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2021 – H/2 Credit Manager vs EUIPO – Hcapital Partners SCR (H/2 CAPITAL PARTNERS)

(Kawża T-656/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: H/2 Credit Manager LP (Stamford, Connecticut, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister-at-Law, u J. Bittner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hcapital Partners SCR, SA (Lisbona, il-Portugall)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “H/2 CAPITAL PARTNERS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 599 374

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 1954/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra (jekk din tipparteċipa f’din il-proċedura) għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat li l-pubbliku rilevanti kien jinkludi l-pubbliku ġenerali.

Il-Bord tal-Appell naqas milli jqis iż-żewġ trade marks fl-intier rispettiv tagħhom, meta huwa ħa inkunsiderazzjoni l-elementi dominanti u distintivi tagħhom.

____________