Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Ostravě – pobočka v Olomouci (ir-Repubblika Ċeka) fit2 ta’ Frar 2024 – CS STEEL a.s. vs Generální ředitelství cel

(Kawża C86/24, CS STEEL)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Ostravě – pobočka v Olomouci

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CS STEEL a.s.

Konvenut: Generální ředitelství cel

Domanda preliminari

Ir-regola primarja għad-determinazzjoni tal-oriġini stabbilita fis-subintestatura 7304 41 tas-Sistema Armonizzata ta’ Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija, kif stabbilita fl-Anness 2201 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni , hija valida, sa fejn teskludi l-fatt li l-ipproċessar bil-kesħa (riduzzjoni bil-kesħa) huwa suffiċjenti sabiex tinbidel l-oriġini ta’ tubijiet itterminati bis-sħana taħt is-subintestatura 7304 11, konformi ma’ ASTM A312?1

____________

1ĠU 2015 L 343, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2016 L 87, p. 35, fil-ĠU 2017 L 101, p. 164, fil-ĠU 2018 L 75, p. 41, u fil-ĠU 2021 L 382, p. 60.