Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Mejju 2013 – Al Matri vs Il-Kunsill

(Kawża T-200/11) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi – Nuqqas ta’ bażi legali”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fahed Mohamed Sakher Al Matri (Doha, il-Qatar) (rappreżentanti: M. Lester, barrister, u G. Martin, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Gurov, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u M. Konstantinidis, aġenti) u Ir-Repubblika tat-Tuneżija (rappreżentant: W. Bourdon, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/79/PESK, tal-4 ta’ Frar 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 31, p. 40), it-tieni nett, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, tal-4 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 31, p. 1), u, it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/50/PESK, tas-27 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK (ĠU L 27, p. 11), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/79/PESK, tal-4 ta’ Frar 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, tal-4 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija huma annullati sa fejn dawn jirrigwardaw lil Fahed Mohamed Sakher Al Matri.

L-effetti tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni 2011/79 fir-rigward ta’ Fahed Mohamed Sakher Al Matri huma miżmuma sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tar-Regolament Nru 101/2011 sa fejn dan jikkonċerna lil Fahed Mohamed Sakher Al Matri.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar il-kumplament tar-rikors.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Fahed Mohamed Sakher Al Matri.

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 ĠU C 160, 28.05.2011.