Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-461/13) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Televiżjoni diġitali – Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern – Kunċett ta’ impriża – Attività ekonomika – Vantaġġ – Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali – Distorsjoni tal-kompetizzjoni – Artikolu 107(3)(ċ) TFUE – Dmir ta’ diliġenza – Terminu raġonevoli – Ċertezza legali – Ugwaljanza fit-trattament – Proporzjonalità – Sussidjarjetà – Dritt għall-informazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 [(C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009)] implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (’il barra minn Castilla-La-Mancha) (ĠU L 217, p. 52).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż relatati mal-proċedura prinċipali u mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 ĠU C 304, 19.10.2013.