Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Ottubru 2012 - Région Poitou-Charentes vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-31/12) 

("Rikors għal annullament - Fondi Strutturali - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Att, parzjalment, informattiv, parzjalment, preparatorju - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Région Poitou Charentes (Franza) (rappreżentant: J. Capiaux, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni li tinkludi l-ittra tal-Kummissjoni, tat-18 ta' Novembru 2011, li ssemmi bħala suġġett: "Għeluq tal-programm "Żona tal-Atlantiku" 2000-2006, Approvazzjoni tar-rapport finali, CCI : 2001 RG 16 0PC 006)".

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ir-Région Poitou Charentes ibati l-ispejjeż tiegħu stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 109, 14.04.2012.